Home First Malta Meta se jissaqqaff it-Teatru Rjal?

Meta se jissaqqaff it-Teatru Rjal?

6
0
SHARE
Advertisement

1

Ftit qabel l-elezzjoni, waqt konferenza stampa li saret fid-19 ta’ Mejju ta’ din is-sena, il-Prim Ministru kien qal li jekk jerġa’ jitla’ fil-gvern se jkun qed jiftaħ konsultazzjoni pubblika sabiex it-Teatru Rjal jkollu saqaf konvertibbli sabiex dan it-teatru jkun jista’ jintuża s-sena kollha.


Il-Prim Ministru dakinhar kien qal li għandha ssir diskussjoni u jsiru studji serji qabel dan isir. Iżda aħna ma nifilħux naraw it-Teatru Rjal fl-istat li hu bħalissa u għalhekk qed inħeġġu lil kull min hu involut sabiex din il-konsultazzjoni tibda’ malajr kemm jista’ jkun bit-tama li t-Teatru Rjal mhux biss ikollu saqaf konvertibbli, iżda jekk jista’ jkun jerġa’ jinbena fl-istat li kien oriġinarjament.

2

It-Teatru Rjal, fl-istat li hu llum, qed ikun meqjus bħala kapulavur arkitettoniku, iżda mingħajr wisq użu, speċjalment meta wieħed iqis li fl-għeqqel tas-sajf it-teatru qajla jista’ jintuża minħabba s-sħana eċċessiva u fix-xitwa minħabba r-riskju ta’ xita.

Lura f’Mejju, meta konna tellajna l-artiklu oriġinali fuq il-media soċjali fejn ħabbarna li l-Partit Laburista qed iwiegħed li jekk jerġa’ jitla fil-gvern dan it-Teatru se jkun qed jingħata saqaf konvertibbli, kien ġibed attenzjoni kbira tan-nies, b’ħafna jikkummentaw li jkun tant aħjar jekk dan jerġa’ jiġi mibni fuq l-istil oriġinali.

Ir-Royal Opera House, kif kienet magħrufa dak iż-żmien inbniet fl-1866 mill-arkitett Ingliż Edward Middleton Barry. Fuq il-bini tat-teatru niżlet bomba diretta nhar it-Tlieta 7 ta’ April tal-1942 waqt it-tieni gwerra dinjija. Qabel dan il-bini ġġarraf, kien ikkonsidrat bħala wieħed mill-isbaħ bini kemm mill-lat arkitettoniku u kif ukoll bħala disinn minn ġewwa f’Malta.


5Ir-ritratt meħud l-għada li niżlet il-bomba fuq it-Teatru Rjal

Fl-1946, priġunieri tal-gwerra Ġermaniżi kienu offrew lil Gvern li jerġgħu jgħinu sabiex jibnu dan it-teatru huma stess tant kemm kienu ddispjaċuti b’dak li ġara, iżda l-Gvern Ingliż dak iż-żmien ma kienx aċċetta l-offerta tagħhom għax beża’ li x-xogħol ma jsirx sew hekk kif ħadd minn dawn il-priġunieri, ex-suldati, ma kien mgħallem is-sena tal-bini.

Ftit jafu li l-ewwel kuntatt ma Renzo Piano mill-gvern Malti sabiex jerġa’ jibni dan is-sit sar fl-1980 u l-ewwel pjanta kienet sottomessa minn Piano fl-1990. Lejn l-aħħar tad-disgħinijiet il-perit Malti Richard England ukoll kien mitlub jissottometti xi pjanti. Iżda l-pjanijiet kull darba kienu jkunu mfixkla mill-kontroversja li kienet twaqqaf milli jiġi mibni l-bini mill-ġdid.

4Ir-ritratt juri s-sit tat-Teatru Rjal qabel l-2006, meta kien jintuża bħala parkeġġ għall-karozzi.

Fl-2006 il-gvern Malti ħabbar li se jagħmel riġenerazzjoni tad-dħul fil-belt Valletta, iżda dawn il-pjanijiet għal darb’oħra kienu mqegħda fuq l-ixkaffa sa wara l-elezzjoni tal-2008, meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi ħabbar il-pjanijiet għat-Teatru Rjal u l-bini tal-Parlament il-ġdid, kif ukoll għall-entratura l-ġdida tal-Belt.

3

Il-kontroversja ma naqsitx, iżda l-pjanijiet saru realta’ u t-Teatru Rjal kif nafuh illum, bid-disinn ta’ Renzo Piano, kien inawgurat fit-8 ta’ Awwissu 2013, ftit iktar minn 4 snin ilu, u minn dak inhar sal llum il-kontroversja ma naqsitx xorta waħda hekk kif ħafna nies baqgħu jittamaw li xi darba dan it-Teatru jerġa’ jingħata l-importanza li tistħoqqlu.


L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here