Home One News Miżuri b’saħħithom għall-baġit li jmiss

Miżuri b’saħħithom għall-baġit li jmiss

8
0
SHARE
Advertisement
Id-differenza fil-ħajja tan-nies fir-ratings, dak li tħabbar ilbieraħ fejn FITCH tellgħet lill-Malta minn A għal A+, tfisser li fil-baġit li jmiss il-Gvern se jkun f’pożizzjoni li jiddaħħlu l-ewwel miżuri b’saħħithom.
Qal dan il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat f’kollegament telefoniku fuq One Radio kmieni dalgħodu. Hu qal li pajjiżna diġà rċieva gradi aħjar mingħand Standards and Poor, entità indipendenti li ma tħarisx lejn Prim Ministri, u lejn Gvernijiet.
Spjega li investitur barrani dejjem iħares lejn dawn ir-rapporti, lejn il-marka tal-eżami ta’ Malta, u issa se jara marka aħjar. Spjega li dan ifisser li jekk pajjiżna jkollu bżonn jissellef, se jkollu bżonn iħallas iktar imgħaxx. Ġifieri li l-poplu, dawk kollha li jħallsu t-taxxa, se jħallsu ferm inqas. Anke jekk xorta waħda m’għandniex bżonn nagħmlu dan, minħabba li l-qagħda ekonomika hi waħda b’saħħitha.
Il-Prim Ministru qal li dan kollu hu parti mill-istrateġija ekonomika tal-pajjiż. Ekonomija mibnija fuq manifattura, u fuq il-gaming. Hu fakkar kif Simon Busuttil, il-Kap caretaker tal-Partit Nazzjonalsita, bl-iktar mod irresponsabbli f’dibattitu qabel l-elezzjoni qal li rċieva SMS fejn ġie nfurmat li jekk jitla’ Muscat, ġurnata wara dawn se jitilqu. Muscat spjega kif mhux talli dawn ma telqux, u talli ma kienux imdendlin fuq ħajta, iżda talli rċieva iktar applikazzjonijiet ta’ kumpaniji ġodda.
Tkellem dwar il-miżuri tal-housing, fejn il-Gvern se jkun qed jagħti postijiet għall-kiri b’rata stabbli. Dawn imbagħad se jgħaddu għal min għandu l-iktar bżonn. Il-Prim Ministru qal kif problema li qed tiġi ttrattata bil-fatti u mhux bil-paroli fejn fl-istess waqt tkellem dwar kif il-financial times irrimarkat li d-due diligence li jsir fil-programm tal-IIP hi l-aqwa fid-dinja.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here