Home Newsbook Is-Samaritan it-tajjeb jistaqsi kif għadda l-vittma

Is-Samaritan it-tajjeb jistaqsi kif għadda l-vittma

10
0
SHARE
Advertisement

“Tiġġudikawx” kien il-messaġġ ta’ raġel li lbieraħ ra inċident iseħħ quddiem għajnejh.

Fuq Facebook, żagħżugħ tefa’ ritratt bil-għan li jsib lil dak involut f’inċident tat-traffiku u li hu flimkien mat-tfajla tiegħu tawh l-ewwel għajnuna.

Wara inċident, ħafna jibdew jikkumentaw u jwettqu l-inkjesta huma qabel biss din tkun bdiet. Min jitfa’ t-tort fuq is-sewwieq, min jgħid li kien qed isuq u min iweħħel f’xi ħofra.

Iżda dan iż-żgħażagħ spjega li f;dan il-każ is-sewwieq ma kienx qed isuq ħafna u li ħabat għax ħassu ħażin fuq l-isteering. Kien hawn li appella biex ħadd ma jiġġudika jekk ma jkunx jaf il-fatti.

Iż-żagħżugħ u t-tfajla jixtiequ jkunu jafu kif għadda dan is-sewwieq u awgurawlu li ma għandu xejn gravi.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here