Home One News Beżgħu mid-due diligence

Beżgħu mid-due diligence

7
0
SHARE
Advertisement
  • DELIA U PORTELLI B’DEJN KBIR
  • CHRIS SAID JATTAKKAWH BIL-FAMILJA
  • JGĦIDU LI TA’ PERICI CALASCIONE GĦADHA ĠEJJA

Il-Kummissjoni Elettorali li qed tmexxi l-elezzjoni tal-Partit Nazzjonalista għażlet li ma tagħmilx id-due diligence li saru appelli għalih fil-bidu tal-kampanja għat-tmexxija tal-istess partit.

Saħansitra kien hemm talba formali għal dan id-due diligence li għaddiet għand il-Kummissjoni Elettorali permezz tas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake. Iżdail-Kummissjoni Elttorali għażlet li ma tieħux dan il-pass.  

Din id-deċiżjoni kienet waħda meqjusa fid-dawl tal-inkwiet li beda jaħkem sa mill-mument li bew jitħabbru n-nomini. Fil-Kummissjoni Elettorali qalu li kwalunkwe deċiżjoni li setgħu jieħdu kienet se tħalli l-effetti għax deher mill-bidu li ma setax ikun hemm garanziji li l-affarijiet huma sew. Min insista għad-due diligence qal li ma jistax ikun li kandidat li jrid isir deputat jgħaddi minn dan il-proċessiżda xi ħadd li jrid isir Prim Ministru le. Però ħadd mill-membri tal-Kummissjoni Elettorali ma kien lest jieħu fuq spallejh deċiżjoni li tista’ ttappan jew saħansitra twaqqaf il-kandidatura ta’ kandidat.

Però dan ma jfissirx li ċerti fatti mhumiex se joħorġu u fazzjonijiet differenti qed jużaw l-iktar metodi komdi għalihom biex joħorġu dak li jista’ jfixkel lill-kandidat oppost.

Bħalissa ħarġu dettalji dwar Adrian Delia b’mod partikolaridwar il-fatt li għanduflimkien ma’ sħab fin-negozjudejn ta’ €7.2 miljun bħala parti minn żvilupp ta’ kostruzzjoni f’Għawdex.

Dokumenti uffiċjali juru li kien hemm xi diffikultà biex jitħallas dan id-dejn mill-kumpaija fejn hu involut Delia u l-każ qed ikun meqjus bħala wieħed serju.
Sal-lum Delia qal li ma jridx jippubblika l-assi finanzjarji tiegħuDikjarazzjoni li kompliet tqajjem iktar dubji għax qal li għadu mhux persuna pubblika anke jekk qed jipprova jirbaħ kariga li permezz tagħha jsir Prim Ministru.

Għal dawn id-dettalji Adrian Delia wieġeb bi stqarrija iebsa fejn qal li m’għandu xejn x’jaħbi u għandu kollox trasparenti. “Jien m’għandi assolutament xejn x’naħbi u kollox huwa trasparenti legali. Min qed jipprova jgħid mod ieħor qed iqarraq bil-kbir,” qal Delia li rrefera għal artikli fil-blog ta’ Daphne Caruana Galizia u kif din iċċensuratu.

“Il-qagħda finanzjarja personali tiegħi hi tajba u solidaandi investiment personali ta’ 9% sehem f’kumpanija li qed tiżviluppa binja f’Għawdex.  Il-valur tal-propjetà li għandha din il-kumpanija jisboq sew il-kapital li ntuża biex jinbena l-proġett u d-dejn rimanenti. Dan spjegajtu lill-blogger Caruana Galizia iżda għażlet li ma tiktbux fl-artiklu tagħha,” qal Delia li issa qal li l-Partit Nazzjonalista qed jinġibdulu l-ispag.

“Il-Partit Nazzjonalista ma jistax jibqa’ jiċċassa quddiem min irid jiġbidlu l-ispag kull meta jidhirlu,” kompla jgħid il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f’dikjarazzjoni ta’ inwkiet intermingħajr preċedent. U l-inkwiet huwa rifless ukoll fil-fattl i martu, l-Avukat Nickie Vella de Freamuxneħħiet il-profil ta’ Facebook fejn is-soltu kienet tieħu gost taqsam l-opinjonijietagħhainkluż xi drabi opinjonijiet li kienu jaqblu ma’ ta’ Caruana Galizia.

Anke Frank Portelli qed jilmenta minn attakki u li saħansitra qed ikun iċċensuratFuq Facebook Portelli kiteb li l-istqarrijiet tiegħu mhux ikunu rrapportati fedelment mill-klikka li ma tridx bidla fil-Partit NazzjonalistaFl-aħħar ġimgħat Portelli, li bħal Delia għandu wkoll kwistjoni b’dejn li jlaħħaq il-miljunikellu kritika iebsa lejn it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista bħalissaQal li Simon Busuttil kellu jwarrab ladarba qal li se jirriżenja, u mhux jibqa’ caretaker, għax fi kliemu qed jgħaffeġ.  Portelli lmenta wkoll mill-attakki fuq martu.

lanqas Chris Said ma ħelishaGħawdxin li lil Said ma tantx iġibuh qed ifakkru f’episodji marbutin ma’ membri tal-familja tiegħu u jgħidu li jekk dawn kienu jaħsbu li huma allat fiż-żmien fejn kien Sindku jew Segretarju Parlamentari aħseb u ara x’jagħmlu jekk ikun Prim MinistruQed itaqtqu wkoll dwar kwistjonijiet oħra li, fi kliem min qed ixxeridhom mingħajr ma joqgħod lura, dawn jirriflettu  lkarattru ta’ Chris Said fejn saħansitra ntqal li huma differenti mill-impressjoni li qed jipprova jagħti.

bħalissa l-inqas taħt attakk huwa Alex Perici CalascioneNaturalment dan għax hu l-kandidat favorit talestablishment, għalkemm persuni qrib kandidati oħra nstemgħu jgħidu li “tiegħu għadha ġejja” u fissru b’mod ċar li ma kinux qed jgħidugħall-istraġi finanzjarja li ħalla fiha lill-Partit Nazzjonalista.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here