Home TVM (Bil-Malti) Is-Senat Amerikan jivvota b’saħħa favur sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja

Is-Senat Amerikan jivvota b’saħħa favur sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja

41
0
SHARE
Advertisement

Is-Senat Amerikan ivvota b’maġġoranza kbira ta’ 98 vot favur u tnejn kontra biex jimponi s-sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja, l-Iran, u l-Korea ta’ Fuq, minkejja l-oġġezzjoni tal-President Amerikan Donald Trump.

Il-Kamra tar-Rappreżentanti kienet approvat dawn is-sanzjonijiet aktar kmieni din il-ġimgħa wkoll b’maġġoranza kbira.

Dan ifisser li Trump jew jiffirma din il-liġi għal sanzjonijiet ġodda jew inkella juża l-veto biex iwaqqafha, hekk kif Trump ilu jissielet biex iqarreb ir-relazzjonijiet tal-Istati Uniti mar-Russja.

Is-sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja ġew instigati minħabba l-allegazzjoni li l-Gvern Russu ta’ Putin indaħal biex Trump rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali s-sena li għaddiet, liema allegazzjoni ġiet miċħuda kemm minn Putin u anki minn Trump.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit TVM (Malti)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here